L-Iżrael tgħid li l-'Jott taċ-ċelebritajiet' ġie ridirezzjonat
Il-Ministeru Għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan qal li n-nies fuq il-jott jinsabu tajbin.

More in Politika
Il-Ministeru Għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan qal li n-nies fuq il-jott jinsabu tajbin.
Il-Ministeru Għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan ippubblika barraxka t'attaki fuq il-pjattaforma soċjali X lejn il-vjaġġaturi ta' fuq id-dgħajsa 'The Madleen', fejn il-ministeru qal "it-teatrin spiċċa".
Fost in-nies fuq id-dgħajsa hemm l-attivista Żvediża Greta Thunberg li qalet fuq vidjo fuq il-pjattaformi soċjali tgħid "Jekk qed tara dan il-vidjo, aħna ġejna interċettati u misruqa."
Il-Koalizzjoni tal-Freedom Flotilla, għaqda pro-Palestinjana li affiljat magħha 'The Madleen', telgħet vidjo flimkien ma' twissija fuq il-mezzi soċjali li kmieni t-Tnejn filgħodu tilfgħet il-kuntatt ma' dan il-vapur.
Huma qalu li qabel ma ntilef il-kuntatt, drones wadbu xi kimiċi fuq il-vapur imbagħad wara l-vapur telgħu l-forżi Iżraeljani fuq il-vapur.
Fl-istqarrija li ħarġet ftit wara l-vidjo tal-Koalizzjoni, il-ministeru jakkuża lill-attivisti fuq 'The Madleen' li qed taparsi jwasslu l-għajnuna f'Gaża għall-pubbliċita'.
The “selfie yacht” of the “celebrities” is safely making its way to the shores of Israel. The passengers are expected to return to their home countries.
— Israel Foreign Ministry (@IsraelMFA) June 9, 2025
While Greta and others attempted to stage a media provocation whose sole purpose was to gain publicity — and which included… pic.twitter.com/eEZSJJHVfd
Hekk kif il-"jott taċ-ċelebritajiet" wasal lejn l-Iżrael, il-passiġieri huma mistennija li jintbgħatu lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Skont l-istqarrija, l-ammont "żgħir" t'għajnuna li hemm fuq id-dgħajsa ħa jingħata lin-nies ta' Gaża.
'The Madleen' telaq mill-Italy fl-1 ta' Ġunju bl-għan li jqajjem kuxjenza fuq il-ġuħ li hemm f'Gaża, li skont il-Ġnus Magħquda huwa "il-post fejn hemm l-iżjed ġuħ fid-dinja", fejn il-popolazzjoni kollha qiegħda f'riskju li tmut bil-ġuħ.