Il-Pulizija jsejħu lil Robert Aquilina għall-interrogazzjoni dwar ir-rivelazzjonijiet fuq Pilatus Bank

In-Nutar Robert Aquilina jgħid li l-Pulizija se jinterrogawh dwar dak li żvela fil-ktieb tiegħu, li jitkellem dwar ħasil ta’ flus u attivitajiet kriminali fi ħdan Pilatus Bank

In-Nutar Robert Aquilina
In-Nutar Robert Aquilina

HIl-Pulizija sejħu lil Aquilina fil-Kwartieri Ġenerali biex jinterrogawh dwar dak li kien żvelat fil-pubblikazzjoni tiegħu rigward atti kriminali attribwiti lill-bank.

Aquilina, flimkien mal-għaqda Repubblika li huwa waqqaf, ilhom jinsistu għal azzjoni kontra l-uffiċjali ewlenin tal-bank.

F’Jannar li għadda, il-Qorti kienet ċaħdet talba ta’ Repubblika biex il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà jiġi ordnat jibda proċeduri kriminali kontra l-amministrazzjoni ta’ Pilatus Bank.

F’dikjarazzjoni nhar it-Tnejn, Aquilina fakkar li l-ktieb tiegħu jsemmi każijiet ta’ frodi, ħasil ta’ flus, u tentattiv ta’ kopertura mgħejjun mill-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.

“Il-Pulizija qaluli li l-interrogazzjoni ta' għada se ssir abbażi ta' ordni li tat il-Maġistrat Nadine Sant Lia,” qal Aquilina.

Huwa ddikjara li se jattendi għall-interrogazzjoni, iżda “taħt l-ebda ċirkostanzi” mhu se jiżvela s-sorsi tiegħu, li sejħilhom eroj.

Matul tmiem il-ġimgħa, Aquilina rriżenja minn Repubblika u l-Fondazzjoni Falcone wara li MaltaToday żvelat li kien mistoqsi mill-pulizija dwar każ ta’ vjolenza domestika.

More in Politika