L-Ukraina tibgħat messaġġ lil Putin b’attakk tad-drones

L-attakk laqat numru ta’ bażijiet fil-qalb tar-Russja

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy (xellug) u l-President tar-Russja Vladimir Putin (lemin)
Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy (xellug) u l-President tar-Russja Vladimir Putin (lemin)

L-Ukrajna bagħtet messaġġ lir-Russja f’forma t’attakk tad-drones nhar il-Ħadd. L-attakk laqat 40 ajruplan tal-gwerra Russu f’erba’ bażijiet militari.

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li 117-il drone intużaw fl-operazzjoni msejħa “Spider Web” li saret mill-SBU. 

Sorsi tal-SBU qalu lill-midja Ewropea li kienu ilhom jippjanaw dan l-attakk għall-aħħar sena u nofs. Ir-Russja kkonfermat dan l-attakk maqsum f’5 reġjuni u sejħitilhom “att ta’ terroriżmu.”

Dan l-attakk ġie b’sorpriża hekk kif negozjaturi Russi u Ukreni qed jippreparaw sabiex jiltaqgħu fit-Turkija sabiex jilħqu kompromess ta’ paċi nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju.

Sadanittant, awtoritajiet Ukreni rrapportaw attakk ieħor bid-drones u l-missili l-ġimgħa l-oħra. Tal-inqas sitt minn nies, inkluż minorenni ta’ seba’ snin, weġġgħu fl-attakk f’Kharkiv.

Kif qegħdin l-affarijiet bħalissa, ir-Russja tikkontrolla madwar 20% mit-territorju Ukren, inkluża l-peniżola tal-Crimea.

More in Politika