Alex Sciberras jemmen li hemm bżonn diskussjoni serja fuq l-iżvilupp

Il-President tal-Partit Laburista jgħid li hu ffirma l-petizzjoni ta’ Manoel Island

Alex Sciberras (inset) jgħid li hemm bżonn diskussjoni fuq l-iżvilupp
Alex Sciberras (inset) jgħid li hemm bżonn diskussjoni fuq l-iżvilupp

Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras jħabbar fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Facebook li hu ffirma l-petizzjoni sabiex Manoel Island issir park pubbliku u kif ukoll jgħid li hemm il-ħtieġa għal diskussjoni serja fuq Manoel Island u l-iżvilupp.

Hu, fil-konoxxenza tiegħu t’avukat, jirrikonoxxi l-obbligu li għandu l-gvern sabiex jonora l-kuntratt mal-MIDI u kif ukoll l-instabilita’ li jista jinħoloq. Barra minn hekk, hemm min għandu investiment f’dan il-proġett, mhux negozzjanti biss imma anke l-ħaddiema.

Minflok joffri soluzzjoni għal dan kollu, Sciberras jilbes il-kappell ta’ missier u jgħid “ma nistax ma nistaqsix lili nnifsi x’pajjiż ser nkunu qed [inħallu lil uliedna]”.

Sciberras jgħid li li l-ġid li qed jinħoloq irrid ikollu sinifikat, xi ħaġa li hu jiddiskuti ħafna m’uliedu. Għalhekk, skontu, għandu jkun hawn diskussjonijiet fuq pajjiżna “mibnija fuq il-fatti.” Diskussjoni mhux biss fuq il-Manoel Island imma wkoll fuq l-iżvilupp b’mod ġenerali li għalih huwa essenzjali sabiex Malta tagħmel progress.

Dan mhux l-ewwel persuna li talab għal diskussjoni fuq din l-affari. Aktar kmieni din il-ġimgħa, iċ-Chairperson tal-Momentum Arnold Cassola wera l-interess tiegħu li jkun hemm dibattitu parlamentari fuq is-suġġett.

More in Politika