Qorti Federali Amerikana tissospendi t-tariffi ta’ Trump

Madanakollu, jekk ma jgħaddiex mill-bieb, Trump jista’ jgħaddi mit-tieqa

Il-President Amerikan Donald Trump
Il-President Amerikan Donald Trump

Il-Qorti tal-Kummerċ Internazzjonali tgħid lil President Amerikan li m’għandux l-awtorita’ jimponi tariffi fuq kull pajjiż fid-dinja

Il-qorti tgħid li l-kostituzzjoni Amerikana tagħti s-saħħa lill-Kungress li tirregola l-kummerċ internazzjonali, u dan il-potter għandu saħħa iżjed mill-potter li għandu l-president sabiex “jipproteġi l-ekonomija”.

Il-White House talbet lill-qorti sabiex ma tgħaddix l-ordni li tissospendi t-tariffi sakemm hi tappella l-każ.

Dan il-verdett ħareġ wara li l-qorti rċievit żewġ każijiet, wieħed mingħand il-Liberty Justice Center għan-nom ta’ ħafna negozji żgħar li huma dipendenti fuq l-importazzjoni u ieħor mingħand koalizzjoni ta’ gvernijiet tal-istat Amerikan.

Il-qorti tagħt lill-White House għaxar tijiem sabiex tlesti l-proċess burokratiku li jissospendu t-tariffi. Il-każ jista’ jitla quddiem il-Qorti Suprema Amerikana, imma anke jekk il-President jitlef il-każ, ma jfissirx li daqshekk tariffi.

Il-verdett jgħid li l-president għandu l-potter jimponi tariffi sa’ 15% għall-150 ġurnata sabiex jittranġa l-bilanċ tal-kummerċ internazzjonali, f’każ t’emerġenza.

Ekonomisti Amerikani qalu li Trump jista jdur ukoll fuq liġijiet li diġa uża fl-ewwel terminu tiegħu, li jiffukaw fuq is-sigurta nazzjonali u politika ta’ kummerċ inġusta sabiex jiġġustifika t-tariffi.

Huma qalu li l-president jista wkoll juża liġi tal-1930 li tgħid li l-president għandu s-saħħa jimponi tariffi sa’ 50% fuq importazzjonijiet minn pajjiż li “jiddiskriminaw” kontra l-Istati Uniti. 

More in Politika