Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar nhar il-Ħadd fuq il-pjattaforma soċjali tiegħu Truth Social Network li ħa jissosspendi t-tariff fuq l-UE sad-9 ta’ Lulju. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara telefonata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Trump qal li kien ta’ “privileġġ” għalih li jagħti din l-“estensjoni”. Hu tkellem ma’ ġurnalisti Amerikani l-Ħadd stess fejn qal li kienet von der Leyen li talbet għal estensjoni sal-1 ta’ Ġunju u li qalet li lesta tinnegozzja bis-serjeta’.
Il-President tal-Kummissjoni esprimiet is-sentimenti tagħha rigward din il-laqgħa wkoll fuq il-pjattaforma soċjali X.
L-uffiċju tal-President Amerikan u l-Unjoni Ewropea ilhom jinnegozzjaw sabiex jevvitaw gwerra bit-tariffi wara li Trump kien ħabbar lista ta’ tariffi fuq kull pajjiż li l-Amerka tinnegozzja miegħu.
Trump kien ħabbar tariffa t’ 20% fuq il-prodotti importati mill-UE. Aktar tard hu kien qal li ħa jimponi tariffa ta’ 50% fuq l-UE minn l-1 ta’ Ġunju għaliex in-negozzjati ma’ kienu qed iwasslu mkien.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, Maroš Šefčovič kien tkellem fuq kif ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tkun mibnija fuq “rispett” u mhux “theddid”.