Il-Partit Demokratiku Ewropew ħabbar li l-Partit Momentum sar parti mill-familja Ewropea ċentrist nhar il-11 ta’ Mejju.
Momentum, immexxi miċ-Chairperson Arnold Cassola li serva bħala Segretarju Ġenerali għall-Partit Aħdar Ewropew, ġie rreġistrat uffiċjalment bħala partit politiku f’Malta nhar l-4 ta’ Mejju.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Momentum, Mark Camilleri Gambin qal “Momentum huwa kburi li ssieħeb mal-Partit Demokratiku Ewropew, u qed naraw kif ħa nikkontribwixxu lejn il-valuri awtentiċi Ewropew tal-paċi, solidarjeta’ u ġustizzja f’dinja mimlija vjolenza u inġustizzja mill-Ukrania sa Gaża.”
Sandro Gozi, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Demokratiku Ewropew iddikjara, “L-adeżjoni tal-Momentum fil-Partit Demokratiku Ewropew saħħet l-impenn tagħna lejn Ewropa iżjed ġusta, sostenibbli u ffukkata fuq iċ-ċitadin. F’klima politika ppolarizzata, iż-żieda ta’ forza ċentrista u riformista bħal Momentum tibgħat messaġġ ta’ tama għal-futur tad-demokrazija Ewropea.”