Repubblika tgħid li l-Prim Ministru qed jeżerċita pressjoni fuq il-qrati
L-għaqda Repubblika tikkritika l-għazla li Ronald Mizzi jerġa jieħu l-kariga ta’ Segretarju Permanenti

More in Politika
L-għaqda Repubblika tikkritika l-għazla li Ronald Mizzi jerġa jieħu l-kariga ta’ Segretarju Permanenti
L-għaqda Repubblika ħarġet stqarrija t-Tlieta filgħodu fejn akkużat lill-Prim Ministru Rober Abela li qed jitfa pressjoni fuq il-qrati sabiex jiddeċiedu kif irid hu, b’referenza għall-ħatra ta’ Ronald Mizzi bħala Segretarju Parlamentari.
Ronald Mizzi rriżenja mill-kariga ta’ Segretarju Permanenti wara li kien akkużat b’rabta mal-iskandlu tal-isptar Vitals f’Lulju 2024. Il-proċeduri kontrih fil-Qorti għadhom għaddejjin.
“Hu tassew tmiem is-separazzjoni tal-poteri u tad-demokrazija meta l-Prim Ministru b'mod sommarju jiddeċiedi fuq il-ħtija jew l-innoċenza kriminali tal-ħbieb tiegħu, flok dan ma tagħmlu l-qorti kif imiss,” tgħid l-għaqda.
Repubblika tirrefferi għal Robert Abela bħala “abbużiv” wara li ħatar xi ħadd f’uffiċċju pubbliku b’akkużi ta’ reati serji li seħħu b’abbuż t’uffiċċju pubbliku.
Huma jgħidu kif l-uffiċċju ta’ segretarju permanenti huwa pożizzjoni kostituzzjonali u kull min ikun f’dak l-uffiċju għandu jirrispetta s-saltna tad-dritt.
“Hi kontradizzjoni li mhix aċċettabbli li wieħed ikun f'uffiċċju bħal dan waqt li qed iwieġeb għal akkużi kriminali serji.”
Huma faħru lil Mizzi talli rriżenja meta ġie akkużat u reġgħu kkundannaw lil Robert Abela li qed “jeżerċita pressjoni illeġittima fuq il-qrati” sabiex jeħilsu lil Joseph Muscat u l-akkużati l-oħra jeħilsu mil-konsegwenzi tal-azzjonijiet tagħhom.