Il-Qorti, il-ġimgħa, 9 ta' Mejju, 2025: Dettalji li smajna bihom, imma issa qed nisimgħu dettalji speċifiċi mix-xhieda ta’ Vincent Muscat il-koħħu waqt il-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Fosthom li l-qattiela kienu qed jaraw lil Caruana Galizia taħdem mit-tieqa tagħha fid-dar tagħha fil-Bidnja. L-assassini kienu ilhom jissorveljaw il-moviment ta’ Caruana Galizia għal ġimgħat sħaħ. Il-qattiela li jidher li kienu mqabbda minn Melvin Theuma wara ordni tal-imprenditur Yorgen Fenech.
Tant hu hekk li kkunsidraw li joqtluha b'rifle. Sirna nafu wkoll li l-armi oriġinaw minn Sqallija, inkluż il-bomba u dan waslu Malta bil-katamaran. Smajna wkoll li Jamie Vella li kien ikkunsidrat bħala l-persuna idonju biex jiġbed il-grillu kellu razzett il-Bidnija viċin id-dar ta' Caruana Galizia.
Madanakollu, għal raġunijiet ta’ loġistika dawn iddeċidew li minflok jużaw karozza bomba. Tliet bombi ġew minn Sqallija bil-katamaran bis-saħħa ta’ Robert Agius u Jamie Vella. Waħda minn dawn il-bombi, li kellha bejn 300-500-il gramma ta’ ġelatina, intużat fl-assassinju ta’ Caruana Galizia. Din il-bomba kellha mekkaniżmu li jattivaha b’SMS.
Hemm indikazzjoni mix-xhieda li kien hemm aktar minn grupp wieħed li kienu interessati li joqtlu il-Caruana Galizia. Muscat svela dan, qal li Alfred Degiorgio darba kkonsulta ma’ Chris Cardona, li dak iż-żmien kien ministru, bis-saħħa tax-xuffier tiegħu fejn Cardona qal lil Degiorgio li kien hemm grupp ieħor joffri €150,000 tal-qtil.
Nafu wkoll li s-somma offruta kienet ta' €150,000 kif ukoll li Theuma tahhom parir sabiex jippostponu l-qtil sa wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
U nafu wkoll li x-xhieda tal-koħħu (Vincent Muscat) huwa kruċjali biex jingħalaq il-każ. Il-koħħu ingħata ċ-ċans biex jixhed kontra sħabu għal piena inqas.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija minn Godwin Cini, Danika Vella u Anthony Vella f’isem l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukat Nicholas Mifsud kien qed jirrappreżenta lil Adrian Agius. L-avukati Ishmael Psaila u Amadeus Cachia kienu qed jirrappreżentaw lil Jamie Vella. L-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin kienu qed jirrappreżentaw lil Robert Agius. L-avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri kienu qed jirrappreżentaw lil George Degiorgio.
Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jassistu lill-familja Caruana Galizia, filwaqt li Vince Galea qed jassisti lill-familja Chircop.