It-tariffi Amerikani li jolqtu lil Malta

Il-President Amerikan Donald Trump jimponi tariffi ta’ 100% fuq films miġbuda barra mill-Amerka

Il-President Amerikan Donald Trump
Il-President Amerikan Donald Trump

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ħa jimponi tariffi fuq il-films kollha miġbuda barra mill-Amerka hekk kif dawn qed itellfu lil Hollywood. Dawn it-tariffi jaffettwaw lil Malta b’mod dirett għaliex f’Malta nġibdu bosta produzzjonijiet Amerikani.

Trump kiteb fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali Truth, fejn hu weħel fl-inċentivi internazzjonali li qed jattrataw produtturi tal-films għall-“mewt” tal-industrija tal-films Amerikana.

Fuq l-istess pjattaforma, Trump qal li din hija “theddida għas-sigurta nazzjonali,” u qal li dawn l-inċentivi qed iwasslu għal “propaganda!”

Il-President Amerikan ħabbar li awtoriza d-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex jimponi tarrifi ta’ 100% fuq “kull film li jidħol f’pajjiżna li ġie prodott f’art barranija.”

Fost il-pajjiżi li qed joffru dawn l-inċentivi hemm Malta li qed toffri bosta inċentivi lill-produtturi tal-films barranin sabiex jiġbdu l-films f’Malta. 

Bħalissa, l-industrija tal-films f’Malta qed tespandi malajr. Skont il-Kummissjoni tal-Films, l-industrija kkontribwixiet €72.7-il Miljun għall-ekonomija lokali fl-2022. 

F’rapport mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) maħruġ fl-2024, 40% tal-iskema tal-Cash Rebate għal-produtturi barranin tal-Kummissjoni tal-Films kellha riżultat pożittiv fuq livell lokali.

Madanakollu, l-istess rapport ikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza tal-Kummissjoni tal-Films fl-organizzazzjoni t’avvenimenti bħall-Malta Film Week.

More in Politika