'Nagħtu s-saħħa lill-Maltin': Il-PN jsejjaħ protesta għat-Tnejn

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ għal protesta nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju fis-6pm, quddiem il-parlament

Il-poster uffiċjali tal-protesta
Il-poster uffiċjali tal-protesta

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ għal protesta nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju fis-6pm, quddiem il-parlament.

Waqt diskors l-Erbgħa filgħaxija, il-kap tal-partit Bernard Grech alluda li se jkun qed jiġbor lin-nies, u “jniżżilhom fit-triq, jekk hemm bżonn.”

Waqt id-diskors tiegħu, Grech tkellem dwar “koalizzjoni” ta’ nies li jopponu lil Robert Abela.

Il-Kap tal-PN kien fakkar kif l-għaqda biddlet id-direzzjoni tal-pajjiż fl-2023, meta fl-aħħar Robert Abela ċeda għall-pressjoni pubblika biex titnieda inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

F’Ottubru li għadda, il-PN kien għamel protesta oħra wara li l-Qorti tal-Appell ċaħdet l-appell ta’ Steward Healthcare kontra d-deċiżjoni li jiġi annullat il-ftehim ta’ privatizzazzjoni tal-isptarijiet.

Il-protesta tat-Tnejn se ssir, hekk kif uffiċjali pubbliċi preċedenti u attwali għandhom jiġu akkużati b’rabta mal-ftehim frawdolenti dwar il-privatizzazzjoni tat-tlett sptarijiet.

More in Politika