Żewġ lukandi f’San Ġiljan jipproponu l-bini ta' pont pedonali bejnithom

Pont pedonali li jgħaqqad żewġ lukandi, tal-Eden Leisure Group, qed jiġi propost f’San Ġiljan, fiż-żona tal-bajja ta’ San Ġorġ

Triq Santu Wistin, San Ġiljan, li tieħdok għal Bajja San Ġorġ (lemin) u l-pjanta tal-pont (xellug).
Triq Santu Wistin, San Ġiljan, li tieħdok għal Bajja San Ġorġ (lemin) u l-pjanta tal-pont (xellug).

Pont pedonali li jgħaqqad żewġ lukandi qed jiġi propost f’San Ġiljan, fiż-żona tal-bajja ta’ San Ġorġ.

Il-pont hu pjanat li jgħaqqad mill-10 sular tal-Intercontinental mar-4 u s-sitt sular tal-Lukanda Voco Hotel.

Iż-żewġ lukandi għandhom jinbnew, u t-tnejn li huma huma proprjetà tal-Eden Leisure Group.

Il-pjanti mressqa lill-Awtorità tal-Ippjanar jipprevedu t-twaqqif ta’ struttura tal-azzar bl-iskrizzjoni ‘Merħba fil-Bajja ta’ San Ġorġ’ miktuba fuqha.

Il-lukanda Voco ta’ 13-il sular qed tinbena fuq il-binja eżistenti tal-Eden SuperBowl.

Hija lukanda ta’ erba’ stilel, b’388 sodda. Fl-istess binja hemm 4,497sq.m spazju għall-uffiċċini u 2,137sq.m ta’ spazju għall-ħwienet.

L-iżvilupp tal-lukandi ġie approvat wara li l-perit tal-iżviluppatur iddikjara li l-uffiċċji se jintużaw għall-operat tat-tliet lukandi – l-InterContinental Malta, il-Holiday Inn Express u l-lukanda l-ġdida.

Barra minn hekk, skont il-perit, parti kbira mill-komponent tal-uffiċċju se titqiegħed fuq iż-żona ta’ binja eżistenti fil-kantuniera bejn Triq Santu Wistin u Sqaq Lourdes.

More in Politika