Jannar 2024 jara żieda ‘fenominali’ fil-konvenji u qliegħ mill-proprjetà

Il-qliegħ mill-proprjetà jara żieda ta’ 30% fl-ewwel xahar tal-2024, skont l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi

Fl-ewwel xahar tal-2024, Malta experjenzat żieda fil-qliegħ tal-proprjetà u l-konvenji, l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi qalet.

“Din iż-żieda mhux biss tfisser livell ogħla ta' fiduċja fis-suq iżda tenfasizza wkoll l-effettività tal-istrateġiji tal-pajjiż,” l-MDA qalet.

Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni qalet li l-konvenji fix-xahar ta’ Jannar żdiedu b’7%, minn 1247 għal 1460.

Qalet ukoll li l-qliegħ kien wieħed “fenominali,”  bil-qliegħ jitla’ minn €328,438,582 f’Jannar 2023 għal €426,241,244 f’Jannar 2024. Din iż-żieda tfisser 30% tkabbir għall-industrija.

“Il-korrelazzjoni bejn iż-żieda fil-konvenji u t-tkabbir esponenzjali tad-dħul hija xhieda tas-saħħa tal-industrija tagħna u l-fiduċja kontinwa tal-Maltin u l-Għawdxin fl-industrija tal-proprjetà,” l-MDA żiedet tgħid.

L-assoċjazzjoni spejgat li kien hemm diversi fatturi li kkontribwew għal din il-żieda, inkluż l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ inizjattivi tal-Gvern.

Fuq din in-nota, il-President tal-assoċjazzjoni, Michael Stivala, talab lill-Gvern biex ikompli għaddej b’dawn l-inizjattivi.

“Aparti enfażi tal-benefiċċji ħolistiċi, dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jrawmu reżiljenza ambjentali, tkabbir ekonomiku, u kwalità tal-ħajja mtejba għaċ-ċittadini. Flimkien, nistgħu nibnu futur aktar sostenibbli u reżiljenti għan-nazzjon tagħna,” Stivala temm jgħid.

More in Politika