Ingħataw 26,471 ċekk lill-ħaddiema fl-2023

Waqt il-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Clyde Caruana għarraf kemm inħarġu ċekkijiet ta’ in-work benefit għall-ħaddiema fl-2023 

26,471 ċekk ingħataw lill-ħaddiema fl-2023 għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atiċipi fis-sena.  

Dan intqal mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana waqt li kien qed jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari nhar it-Tnejn.  

Il-Ministru spjega kif dawk intitolati għal dawn il-benefiċċji kienu l-ħaddiema kollha; kemm Maltin, kemm Ewropej, kif ukoll dawk minn pajjiżi terzi.  

Kull ħaddiem li kien impjegat ma’ kumpanija jew intrapriża, u li ma qabiżx it-total ta’ €20,000 fl-2022, kien intitolat li jieħu dan il-benefiċċju, hekk kif imwiegħed mill-Gvern.  

Iċ-ċekkijiet ingħataw biss lil dawk li jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-ħames setturi; tal-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; dawk li jaħdmu f’servizzi amministrattivi u ta’ sapport; fil-manifattura; trasport; u l-ħażna, il-wholesale u dawk li jaħdmu fir-retail.  

Fl-2022 kienu nħarġu total ta’ 35,644 ċekk. Meta mqabbel mal-2023, dan in-numru naqas b’9,173, hekk kif inħarġu biss 26,471.   

Dawn huma ċekkijiet li jingħataw lil dawk li jaħdmu ħinijiet anormali tax-xogħol, dawk li jaħdmu bix-xifts u li ma jaqbżux l-20,000 dħul fis-sena ta’ qabel.   

More in Politika