Joe Debono Grech jinħatar mill-ġdid fuq il-bord tal-Gozo Channel

Il-Ministru ta’ Għawdex Clint Camilleri ħatar mill-ġdid l-ex Ministru Laburista Joe Debono Grechfuq il-bord tal-Gozo Channel

L-ex Ministru Laburista Joe Debono Grech inħatar mill-ġdid sa Novembru tal-2024 fuq il-bord tad-diretturi tal-Gozo Channel, skont notifika fuq il-gazzetta tal-Gvern.

Debono Grech kien Membru Parlamentari Laburista u servi fuq 50 sena. Huq kien ukoll il-Ministru tat-Trasport taħt l-amministrazzjoni ta’ Alfred Sant.  

Kien elett fil-Parlament Malti fl-1966 u fl-elezzjonijiet kollha ta’ wara sal-2013.

Fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet Joe Debono Grech kien ammetta li l-partit huwa korrott, iżda ftaħar li tal-inqas “kiseb xi ħaġa minnu”, waqt attività politika mtella’ mill-Ministru Clint Camilleri.

“Kristu qal li kien hemm żewġ ħallelin. It-tajjeb, u l-ħażin. Aħna ma’ dak, it-tajjeb,” kien qal. “In-nies jgħidu li [il-politiċi] kollha huma korrotti, u għandhom raġun. Imma ma ħadna xejn mill-korruzzjoni tagħhom. Mill-inqas ksibna xi ħaġa minn tagħna,” kien qal Debono Grech

Huwa kien akkużat li hedded u attakka lill-eks-Membru Parlamentari Marlene Farrugia wara li fl-2015 qalbet fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni.

“Niġi u nifqak, kien qal. Aktar tard skuża ruħu.

More in Politika