Silvio Grixti jiftaħ il-kanuni kontra l-Partit Laburista

Din hija l-ewwel darba li l-ex Membru Parlamentari Labursita pubblikament ikkritika l-Partit Laburista; dan wara li ġie implikat fl-iskandlu tal-benefiċċji soċjali

L-ex Membru Parlamentari Laburista Silvio Grixti ħareġ b’attakk kontra l-Partit Laburista fejn saħaq li huwa “mostru” li tkisser il-membri Labursiti filwaqt li tpaxxi in-Nazzjonalisti.

Grixti qed jiġi akkużat li kien il-moħħ wara l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali.

Permezz ta’ kumment qasir fuq il-paġna tal-Facebook, Grixti qal “Ħuti Laburisti tajjeb nirrejaliżżaw li aħna ċittadini tat- tieni klassi u stmati inqas minn ħaddieħor, imsawtin minn taghna stess.”

Grixti kkritika ukoll il-Pulizija u l-midja li skontu ma’ ħadux azzjoni fil-konfront ta’ Nazzjonalist, Stephen Spiteri li f’2018 inqabad jbiegħ ċertifikati mediċi foloz. Huwa qal ukoll  li kellu negozju rreġistrat il-barra mill-pajjiż. 

Imħallef kien iddeskriva l-proċeduri dixxiplinarji tal-Kunsill Mediku kontra t-tabib u deputat tal-PN Stephen Spiteri bħala ‘każ klassiku ta’ nuqqas strutturali ta’ imparzjalità oġġettiva’, li warrab il-każ.

“Ħadd ma ħadlu laptop, ħadd ma ħadlu l- mobile, ħadd ma nvestigaħ u ħadd ma arrestah” kiteb Grixti.

Fl-ewwel attakk dirett tiegħu fil-konfront tal-Partit Laburista, l-eks Deputat kiteb, “Il-Partit Laburista llum mhu xejn ħlief magna li tkisser il- Laburist u tpaxxi n-Nazzjonalist.”

More in Politika