Abela jirribatti l-kritika lejn il-Gvern f'diskors mqanqal

F'diskors b'botti lejn il-kap tal-Oppożizzjoni, Abela fakkar li l-Partit Laburista huwa partit bl-establishment kontrih.  Id-diskors tiegħu kien feroċi fil-kritika u anke f'mumenti  ċajtiera

Ritratt: James Bianchi/illum
Ritratt: James Bianchi/illum

Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza lin-nazzjon it-Tlieta filgħaxija waqt id-diskors tiegħu dwar il-Baġit, u wieġeb għal numru ta’ punti mqajma mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Matul id-diskors tiegħu, il-Prim Ministru elenka l-iktar proposti b’saħħithom għal-2024, fosthom sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija, żieda fiċ-Childrens Allowance u penzjonijiet fost l-oħrajn.

Ritratt: James Bianchi/illum
Ritratt: James Bianchi/illum

Abela ħabbar ukoll bidla fil-pjan lokali sabiex tiġi assigurata li ma jsir ebda marina f’Marsaskala, u kompla jgħid “Se nagħmlu bidla f’Wied Żnuber, fejn filwaqt li se nizguraw li l-proġett tad-dilettanti tal-ajruplani jsir iżda jiċkien, u niżguraw li l-buffer zone mal-wied, filwaqt li illum qedha fuq art industrijali tiġi ODZ.”

Rigwar l-enerġija, Robert Abela filwaqt li fakkar fis-sussidju li qed jingħataw lil-familji Maltin u n-negozji, saħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija, fosthom bl-implimentazzjoni tat-tieni interconnector li mistenni jitlest sal-2026. Dan apparti l-ikbar investiment fid-distribuzzjoni tal-enerġija, dak ta’ €55 miljun.

Ritratt: James Bianchi/illum
Ritratt: James Bianchi/illum

Il-Prim Ministru fakkar fl-eżerċizzju li sar mill-Medicines Authority u l-MCCAA fejn sar roħs f’erbgħa u ħamsin mediċi, “Roħs li saħansitra jlaħħaq it-53%.” Huwa fakkar ukoll fil-proċess ta’ arbitraġġ li għadu għaddejj rigward l-iskandlu tal-Isptarijiet.

Fil-qasam tal-edukazzjoni l-Prim Ministru qal li nfetħu numru ta’ skejjel taħt l-amministrazzjoni tiegħu, kontrarju ta’ dik li allega l-Kap tal-Oppożizzjoni, Abela qal “Staqsi lit-tfal u I-ġenituri, staqsi lill-għalliema, staqsi lill-President tal-Kumissjoni Ewropea ħalli tgħidlek uwx laqgħa żebgħa tajnihom.”

Ritratt: James Bianchi/illum
Ritratt: James Bianchi/illum

Abela ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla, se jiġi żvelat abbozz ta’ liġijiet rigward it-temping agencies , “b’regoli ġodda u ċari”; fejn min ma japplikax mhux se jitħalla jopera.

Intant, il-Prim Ministru Abela rribatta l-allegazzjonijiet ta’ Grech wara li qal li l-ekonomija hija mibnija fuq iċ-cheap labour. Hawnhekk il-Prim ikkwota l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn qal li l-pożizzjonijiet maniġerjali huma fil-maġġoranza tagħhom okkupati mill-Maltin, kuntrarju għal dak li pprova jpinġi l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar ġimgħat. Finalment fuq ix-xogħol Abela saħaq li fiż-żmien il-Partit Nazzjonalista “Qagħad kien hawn”.

Fl-aħħar tad-diskors, wara talbiet numerużi mill-ispeaker tal-kamra Anġlu Farrugia biex Abela jikkonkludi d-diskors, il-Prim Ministru kompla għaddej bid-diskors u għalhekk l-ispeaker ma kellux għażla oħra għajr li jaqta’ l-mikrofonu tal-Prim Ministru. 

Ritratt: James Bianchi/illum
Ritratt: James Bianchi/illum

More in Politika