Med9: Mexxejja tal-Mediterran jiltaqgħu l-Belt Valletta għas-summit

Il-Med9 summit qed jiġi mħejji f’Castille waranofsinhar, bil-kapijiet tal-Mexxeja Ewropej  li mistennija jsibu pożizzjoni komuni fuq l-immigrazzjoni u temi oħra importanti

Mexxejja ta’ pajjiżi Ewropej jinsabu fil-Belt Kapitali biex jiddiskutu u jaqblu fuq il-pożizzjoni tagħhom rigward temi li qed jiddominaw l-aħbarjiet Ewropej fosthom l-immigrazzjoni u l-Gwerra fl-Ukrajna.

Il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni u l-President Emmanuel Macron huma uħud mill-kapijiet tal-Istati Mediterrajni li qed jattendu diskussjoni bilaterali mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Preisdent tal-Kummisjoni Ewropeja Ursula von der Leyen.

Il-Mexxejja tal-Med9 quddiem Kastilja
Il-Mexxejja tal-Med9 quddiem Kastilja

Malta ħejjiet ukoll laqgħa bilaterli mal-Kroazja l-Ħamis filgħaxija fejn Abela ltaqa’ mal-Prim Ministru Kroat Andrej Plenkovic u Malta offriet l-għajnuna bil-FATF grey-listing li għandha l-Kroazja.

Filgħodu Abela flimkien ma’ Von der Leyen żaru l-iskola Primarja tan-Nadur f’Għawdex li riċentament ġiet irrestawrata permezz ta’ fondi mill-Eu recovery fund sabiex tippromovi l-irkupru ekonomiku mill-pandemija tal-COVID-19.

Il-Med9 huwa summit magħmul minn 9 pajjiżi Medditerranji u pajjiżi Ewropej tan-nofsinhar, dawn huma l-Protugall, Spanja, Franza, l-Italja, Slovenja, Kroazja, Greċja, Ċipru u Malta

Dan huwa t-tieni summit li sar f’Malta iżda l-ewwel li jinkludi d-disa’ membri stati.

Fl-aħħar tas-summit, il-kapijiet ta’ kull Membru Stat se jindirizza konferenza tal-aħbarjiet fil-Pjazza tal-Kattidral fl-Mdina.

Barra minn hekk iktar tard illum għandha tiġi ppublikata d-dikjarazzjoni konġunta hekk l-Istati Membri kolla jaqblu ma’ dak li ntqal fid-dokument.

L-ewwel parti mid-dikjarazzjioni se jiffoka fuq is-sitwazzjoni politika fin-nofsinhar tal-Meditterran. Dan il-paragrafu għandu jinkludi ukoll referenza fuq ir-relazzjonijiet bejn Ċipru u t-Turkija, iżda din mistennija tkun tema taħraq għaċ-Ċiprijotti.

It-tieni paragrafu se jindirizza s-sitwazzjoni fl-Ukrajna u t-tielet se juri l-aspettattivi tal-Mediterran dwar il-migrazzjoni irregolari.

It-tibdil fil-klima ukoll se jiġi inkluż fid- dikjarazzjoni konġunta, bil-Mediterran ikun l-iktar reġjun milqut minn għargħar u nirien selvaġġi. Aspetti oħra jinkludu l-enerġija, ħiliet soċjali, l-baġit tal-EU, riformi u suq komuni ukoll se jiġu indirizzati fil- dikjarazzjoni konġunta.

More in Politika