Kontinġent Malti jagħmel triqtu lejn il-Libja

Dan sabiex jagħti għajnuna wara l-ħerba li ħalliet il-maltempata Daniel

Kontinġent Malti kompost minn 73 uffiċċjal tal-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta se jkun qed jagħmel triqtu lejn il-Libja sabiex jagħti l-għajnuna wara l-ħerba li ħalliet il-maltempata Daniel.

Dan wara li l-malteptata ħalliet eluf ta’ persuni mejta, filwaqt li eluf oħra għadhom irrappurtati nieqsa.

Il-kontinġent se jkun qed jitlaq minn Malta permezz tal-lanċa P61, lanċa tal-Forzi Armati. Fost dawn insibu 30 suldat, 31 membru tal protezzjoni ċivili, kif ukoll 12 il-uffiċċjal tal-Forzi Armati fosthom mediċi.

F’stqarrija, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li, “għal darb’oħra Malta se tkun solidali ma’ pajjiż ieħor, din id-darba wieħed ġar tagħna b’relazzjonijiet storiċi. Ser nibqgħu kommessi li mhux biss nassistu u nsalvaw f’pajjiżna, iżda wkoll ngħinu popli oħra f’mument ta’ bżonn,”

More in Politika