“Mafia fil-Partit Laburista” – Bernard Grech

Il-PN jgħid li Abela għandu jġorr ir-responsabbiltà rigward l-iskandlu tal-benefiċċji ta' diżabbiltà

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħaq li grupp tal-“Mafia” fi ħdan il-Partit Laburista ħareġ bil-pjan tal-abbuż tal-benefiċċji ta’ diżabbiltà sabiex jigwadanja l-voti, ftit  qabel l-elezzjoni ġenerali, li kienu qed jipprovaw kull ma setgħu sabiex jibqgħu fil-poter.

Waqt intervista fuq NetFM, qal li “dan l-iskandlu qed jikber bis-sigħat”, u li “l-Prim Ministru Robert Abela qed jaffaċċja kriżi.”

“Kien il-Partit Laburista li ħoloq din is-sistema, sabiex jirbaħ il-voti permezz ta’ frodi, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali,” insista l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Saħaq li l-poplu ħaqqu elezzjoni ġusta. “Robert Abela lest li jagħmel minn kollox sabiex jibqa’ fil-poter, anke li jagħti benefiċċji għall-gwadan ta’ voti. Din hija mafia, klikka ta’ kriminali li m’humiex lesti jirritornaw fl-Oppożizzjoni,” kompla jgħid, filwaqt li appella lil Abela sabiex jerfa r-responsabbiltà.

Żied ukoll li l-Gvern tilef kull kontroll fuq kull settur tal-pajjiż, fosthom dawk tas-saħħa u tal-iskart.

Grech enfasizza li l-ġbir tal-iskart huwa “servizz bażiku ieħor fejn il-Gvern falla. Falla lill-Maltin u Għawdxin, lit-turisti, u lil kull min jinvesti fis-settur tat-turiżmu.”

Skont Grech, il-Partit Nazzjonalista huwa ffokat fuq in-nies, u l-bżonnijiet tagħhom, filwaqt li Abela jimportah biss minnu nniffsu.

Segwentament, il-Gvern ħabbar il-ħatra ta’ Bord indipendenti sabiex jeżamina l-allegat abbuż.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali David Agius stqarr li għalkemm dan kien neċċessarju, il-PN huwa xettiku fuq għalfejn il-Gvern stenna s’issa.

“Jekk il-Gvern kien jaf b’dan l-iskandlu għal aktar minn sentejn, għalfejn il-Borg ġie maħtur issa? Il-ħatra saret għax issa l-każ qed jiġi skrutinizzat mill-pubbliku, u mhux għax ġenwinament jemmen fil-bżonn ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni minn Bord imparzjali.”

Agius temm billi żied li “l-Partit Nazzjonalista jemmen li dan il-Bord għandu jwieġeb lill-Parlament, u mhux lill-Gvern. Barra minn hekk, għandu jipproponi emendi legali sabiex dawk li verament għandhom bżonn il-benefiċċji, ma jispiċċawx jistaqsu għall-flus.”

More in Politika