Fir-rikors li daħħal ilbieraħ il-Whistleblower ta' Transport Malta Adel Ali Hassan, hu allega li identitajiet ta' barranin bi dritt għall-vot li kienu mietu għaddew għand barranin oħra, minflok ma l-imwiet tagħhom ġew reġistrati kif suppost.
B'referenza għal dan, wara talba għal investigazzjoni mill-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali ħarġet stqarrija fejn qalet li hi mgħangha l-ebda rwol fil-ħruġ tal-Karti tal-Identità. Madankollu, se tkun qed tosserva l-iżviluppi u ddikjarat li lesta tikkopera fejn ikun meħtieġ.