74 infermier ġdid fis-servizz tas-Saħħa Pubblika

Il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne jħeġġeġ aktar żgħażagħ jidħlu fis-settur

Minn stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, tħabbar li 74 infemier ġdid se jingħaqdu mal-forza tax-xogħol tas-servizz tas-Saħħa Pubblika.

Ħafna minn dawn diġa bdew jaħdmu fl-isptar Mater Dei, fejn tul l-ewwel xhur jaħdmu f’oqsma differenti sabiex iġibu esperjenzi differenti fis-settur.

Waqt żjara fejn iltaqa’ mal-infermiera l-ġodda, il-Ministru Chris Fearne awguralhom il-bidu ta’ karriera feliċi hekk kif huma għadhom kemm temmu l-istudji tagħhom. Hu ħeġġiġhom sabiex fl-ewwel snin tagħhom jiskopru liem huma l-oqsmu li l-aktar jinteressawhom sabiex jispeċjalizzaw fihom.

Huwa faħħar l-investiment mill-Istat li sar fil-qasam tal-edukazzjoni, li issa se jissarraf f’investiment fil-kura tal-pazjenti, waqt li ħeġġeġ aktar żgħażagħ jikkunsidraw din il-linja.

More in Politika