L-ADPD jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-investiment li sar mill-Enemalta

L-Awditur Ġenerali ntalab ukoll sabiex jinvestiga dwar x’tip ta’ pjanar fit-tul għandha l-Enemalta. Iċ-Chairperson, Sandra Gauci stqarret li huwa essenzjali sabiex il-fondi pubbliċi jintefqu bil-galbu

L-Alternattiva Demokratika (ADPD) qed titlob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga n-nefqa tal-Enemalta wara kriżi fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ftit jiem ilu li ħalliet lil eluf ta’ residenti u negozji bla dawl.

Fi protesta organizzata mill-ADPD, kien intqal li l-partit se jkun qed jikteb lill-Awditur Ġenerali b’talba għal investigazzjoni b’rabta mal-investiment fl-aħħar għaxar snin fis-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl. 

Fi stqarrija, intqal li l-partit jemmen li l-poplu għandu kull dritt li jkun jaf fejn marru l-flus tat-taxxi tiegħu. Intqal ukoll li, “Huwa inkonċepibbli li xi ħaġa bażika bħall-elettriku trid tiġġieled għaliha meta konna mwiegħda li l-qtugħ tal-elettriku se jsir xi ħaġa tal-passat.” 

L-Awditur Ġenerali ntalab ukoll sabiex jinvestiga dwar x’tip ta’ pjanar fit-tul għandha l-Enemalta. Iċ-Chairperson, Sandra Gauci stqarret li huwa essenzjali sabiex il-fondi pubbliċi jintefqu bil-galbu.

Apparti dan, il-pubbliku ġie mħeġġeġ sabiex jiffirma petizzjoni biex juri l-appoġġ tiegħu għall-proposti tal-ADPD dwar l-enerġija permezz tas-sit

More in Politika