‘Ma naħmilhiex seħta’ - Clayton Bartolo jinsa’ l-mikorofonu mixgħul

Bosta persuni fuq il-midja soċjali kkundannaw dan id-diskors, hekk kif innutaw li diskors bħal dan m'għandux jintqal fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Min-naħa tiegħu, Bartolo talab apoloġija b'mod personali lil Borg

“Jien ma naħmilhiex saħta man.” Dan kien dak li nstema’ jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-Parlament, fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg. 

Dan hekk kif wara numru ta’ mistoqsijiet li għamlet Borg lil Bartolo fil-Parlament, jidher li l-mikrofonu tal-Ministru ma laħaqx intefa’.

Fuq Facebook, Borg kitbet “dan kliem xieraq ta’ Ministru fil-Parlament kontrija, meta biss qed nagħmel xogħli u nistaqsi domanda kif huwa d-dmir tiegħi?”

Kienu bosta fuq il-midja soċjali li esprimew is-solidarjetá ma’ Rebekah Borg, hekk kif innutaw li kliem ta’ mibgħeda bħal dan m’għandux jintqal fl-ogħla istituzzjoni Maltija.

"Grazzi taċ-ċertifikat li xogħli nagħmlu sew Ministru Bartolo", temmet tgħid Borg.

Intant, l-ILLUM tinsab infurmata li l-Ministru Bartolo bagħat apoloġija b'mod personali lil Borg b'rabta ma' dan il-kumment.

More in Politika