Il-Gvern b'mossa kontra Steward biex jieħu f'idejh l-operat tat-tliet sptarijiet

Il-Gvern m'aċċettax in-notifika ta' terminazzjoni tal-kumpanija u minflok jieħu l-kontroll hu 

Il-Gvern ta' Malta innotifika lil Steward Health Care malta li se jkun qiegħed jagħmel 'control step-in' biex jieħu f'idejh l-operat tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa. 

Il-Gvern reġa' innotifika lil Steward li ma kienx qed jaċċetta dak li qalet fit-Termination Notice u minflok kiteb lil Steward li l-'control step-in' u t-terminazzjoni se jsiru bil-kundizzjonijiet elenkati mill-Gvern. 

Dan ifisser li l-Gvern se jidħol minnufih għat-tmexxija ta' dawn l-isptarijiet. Fi stqarrija l-Gvern qal illi b'hekk se jkun qed jassigura s-servizz lill-pazjenti kollha u l-impjiegi tal-ħaddiema fit-tliet sptarijiet. "Qed jittiħedu l-passi kollha biex din it-tranżizzjoni ssir mingħajr interruzzjonijiet fis-servizz." 

More in Politika