Membri tal-Protezzjoni Ċivili se jintbagħtu t-Turkija u s-Sirja għall-assistenza umanitarja

Il-Prim Ministru Robert Abela esprima solidarjeta mal-postijiet milquta

In-nies u l-awtoritajiet tal-lokal ifittxu n-nies maqbuda
In-nies u l-awtoritajiet tal-lokal ifittxu n-nies maqbuda

Wara l-aħbar li aktar minn 1,200 persuna fit-Turkija u fis-Sirja tilfu ħajjithom kawża ta' terremot qalil, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li membri tal-Protezzjoni Ċivili se jintbagħtu fil-postijiet milquta. 

Dan qalu fi stqarrija fuq Twitter hekk kif fakkar lit-Torok u s-Sirjani li għandhom is-sostenn kollu tal-Maltin u se jkunu qed jingħataw assistenza umanitarja. 

Intant eluf ta' persuni għadhom maqbuda qalb it-tifrik tal-bini mwaqqa. Dan qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-ikbar diżastri naturali li affaċċjat t-Turkija u li mistenni li jkun hemm aktar imwiet. 

Aqra aktar: Terremot b'qawwa ta' 7.8 jolqot lit-Turkija s-Sirja u jikkawża diversi imwiet u tifrik

More in Politika