Il-magni tal-BCRS suċċess: 25 miljun kontenitur f'xahar wieħed biss

Sal-aħħar ta' Jannar - u allura f'xahar wieħed biss minn meta bdew joperaw dawn il-magni - intefgħu b'kollox 25 miljun flixkun, b'70% tagħhom ikunu tal-plastik

Il-plastik li jiġi ġġenerat mill-BCRS riċiklat
Il-plastik li jiġi ġġenerat mill-BCRS riċiklat

Minkejja l-problemai fil-bidu, il-magni tal-BCRS jidher li kienu suċċess hekk kif iktar minn 1,000 tunnellata ta' fliexken tal-plastik, f'10 xhur biss minn keta kienet introdotta l-iskema tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS). Il-fliexken u l-laned li qed jintefgħu fil-kaxxi tal-BCRS qed ikunu esportati lejn Pariġi u l-Italja biex jerħgġu jinbidlu f'kontenituri ġodda. 

Sal-aħħar ta' Jannar - u allura d'xahar wieħed biss minn meta bdew joperaw dawn il-magni - intefgħu b'kollox 25 miljun flixkun, b'70% tagħhom ikunu tal-plastik, 23% ikunu laned tal-aliminium u 7% biss ikunu tal-ħġieġ. 

Fi stqarrija l-BCRS qalet illi din l-iskema qed tgħin biex jonqol-iskart tal-plastik fit-toroq u li dawn iċ-ċifri huma indikatur "inkoraġġanti" hekk kif Malta qed tirriċikla 20% biss tal-madwar 230 miljun kontenitur tal-plastik fis-suq. 

BCRS Malta għalhekk qalet li l-ewwel indikaturi juru li l-iskema miexja fid-direzzjoni t-tajba.

L-aktar magni li fihom inġabru fliexken tal-plastik kienu dawk f'Birkirkara, ir-Rabat, Luxol (Pembroke), Iż-Żejtun, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żabbar, il-Birgu, Marsaskala, il-Gżira u x-Xewkija. F'dawn il-lokalitajiet inġabru medja ta' 6,000 flixkun kuljum. 

Is-Sibt kienet l-aktar ġurnata li matulha jiġu riċiklati kontenituri. 

More in Politika