Ġej miċ-Ċina? Teħtieġ test negattiv tal-Covid-19 inkella ma tidħolx Malta

Biża' ta' varjanti hekk kif ilbieraħ biss fiċ-Ċina jitfaċċaw 9,548 każi ta' Covid-19, l-ogħla numru fl-aħħar xhur

Pemrezz ta' avviż legali il-Gvern reġa' daħħal miżura restrittiva marbuta mal-ivvjaġġar u l-Covid-19 biex b'hekk kwalunkwe persuna li tkun ġejja Malta miċ-Ċina irid ikollha fil-pussess tagħha ċertifikat negattiv tal-Covid tat-tip Rapid Antigen Test, li jkun sar mhux aktar minn 48 siegħa qabel il-persuna tkun waslet Malta. 

Dan mhux se jkun jgħodd għal tfal ta' 11-il sena jew inqas. 

Din il-miżura tiġi wara laqgħa tal-esperti ewropej li inkoraġixxew b'mod b'saħħtu li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jieħdu dan il-pass u jesiġu testijiet tal-Covid mingħand dawk ġejjin miċ-Ċina. 

In-numri ta' każi tal-Covid fiċ-Ċina - minn fejn kienet oriġinat il-pandemija inizzjalment - wasslet għal biża' ta' varjanti ġodda tal-virus li jistgħu jwasslu biex il-Covid-19 tinfirex aktar malajr. 

Matul il-jum tal-bieraħ fiċ-Ċina kien hemm total ta' 9.548 każ ġdid, l-ogħla numru ta' każi f'xhur sħaħ.

More in Politika