Żagħżugħ iweġġa' gravi wara argument f'San Ġiljan

Il-Pulizija qed tfittex raġel ieħor li kien involut f'inċident imma li laħaq ħarab minn fuq il-post

Żagħżugħ ta’ 27 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30pm fi Triq San Ġorġ.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li kien hemm argument bejn Iranjan ta’ 27 sena residenti tas-Sliema u raġel ieħor li wara l-argument ħarab minn fuq il-post.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Politika