Minħabba r-riħ għada jista' jkun sospiż is-servizz tal-Gozo Channel

Il-kumpaniji li joperaw il-fast ferries diġà ħabbru li ħassru s-servizz tagħhom

Minħabba l-maltemp u r-riħ qawwi, għada l-vapur tal-Gozo Channel jista' ma jaħdimx skont l-iskeda jew saħansitra jitwaqqaf is-servizz.

Ħabbret dan il-kumpanija Gozo Channel. Il-kumpaniji li joperaw il-fast ferries diġà ħabbru li ħassru s-servizz tagħhom.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku għada r-riħ mistenni "qawwi għal qawwi ħafna mil-Lbiċ li jsir qawwi mill-Punent Majjistru."

More in Politika