Khadia Al Aloush tinstab qawwija u sħiħa; Il-Pulizija tirringrazzja lill-pubbliku

It-tfajla li għandha 15-il sena kienet irrapportata nieqsa l-ġimgħa li għaddiet

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna biex tinstab Khadia Al Aloush, tfajla ta' 15-il sena li kienet irrapportata nieqsa.

It-tfajla kienet dehret għall-aħħar darba fl-inħawi tal-Ħamrun u kienet liebsa uniformi tal-iskola, qabel ma kienet irrapportata nieqsa.

It-tfittxija għaliha ma waqfitx sakemm instabet fl-aħħar sigħat.

More in Politika