Carmel Cacopardo mhux elett fl-elezzjoni każwali għal Kunsillier

Huwa tefa' n-nomina biex jieħu post Albert Buttigieg bħala Sindku ta' San Ġiljan 

Iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo ma ġiex elett bħala membru tal-Kunsill ta' San Ġiljan hekk kif dan ma laħaqx il-kwota meħtieġa. Dan hekk kif illum saret elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta' Albert Buttigieg fil-Kunsill lokali.  

Tajjeb li nfakkru li Albert Buttigieg ġie elett fl-10 distrett u ħa post Robert Arrigo fil-Parlament, hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu ftit ġimgħat ilu. 

More in Politika