L-UPE issejjaħ għal azzjoni industrijali fl-ITS

L-Unjin tgħid li l-ITS 'naqset milli tipprovdi ambjent sikur għall-istudenti u l-letturi tagħha'

L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) saħqet li m'għandha l-ebda għażla oħra ħlif li ssejjaħ għal azzjoni industrijali fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). 

Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE Graham Sansone qal fi stqarrija li minkejja l-isforz li għamlet l-unjin biex issib reżoluzzjoni għal numru ta' "problemi kbar" li hemm fl-Istitut, l-ITS naqset milli onorat ir-responsabilitajiet tagħha stess li tipprovdi ambjent sikur, tikkonsulta mal-letturi u tiżgura s-saħħa u s-sigurtà, inkluż dik morali għal-letturi u l-istudenti tagħha. 

Sansone qal li l-istudenti tal-ITS "qed iħossuhom diżappuntati u injorati mill-immaniġġjar tal-Istitut u kien għalhekk li ikkuntattjaw lill-UPE biex isibu soluzzjoni urġenti għal din is-sitwazzjoni. Liema sitwazzjoni qatt ma kellha tinħoloq."  

More in Politika