Albert Buttiġieġ jieħu post Robert Arrigo fil-Parlament

Waqt din l-elezzjoni każwali tefgħet in-nomina wkoll Emma Portelli Bonnici

Albert Buttiġieġ ikkonfermat bħala Membru Parlamentari għall-Oppożizzjoni, hekk kif ġie elett fl-elezzjoni każwali illum. 

Waqt din l-elezzjoni każwali fl-10 distrett, tefgħet in-nomina tagħha Emma Portelli Bonnici wkoll. Dan filwaqt li Karl Gouder, li hu wkoll kien eligibbli li jikkontesta, ma tefax in-nomina. 

Preżentament Buttiġieġ huwa s-Sindku ta' San Ġiljan u kien kritiku ħafna tal-Oppożizzjoni, tant li qal li huwa twarrab mill-Partit Nazzjonalista waqt il-Kampanja Elettorali. 

More in Politika