Baġit 2023 | Sussidju Kirjiet: Tiżdied b'€100 il-Capping fuq il-kirjiet privati

F'kull każ il-Gvern se jżid l-ammont ta' kirja li fuqu jagħti sussidju lil persuni u familji vulnerabbli...

Il-Gvern illejla ħabbar li s-sussidju li jagħti lil dawk li huma vulnerabbli se tkun qed tiżdied b'€100 f'kull każ. 

B'hekk il-Capping għal kirja ta' post b'kamra tas-sodda waħda se tiżdied minn €400 għal €500 fix-xahar, il-Capping għal kirjiet ta' appartamenti b'żewġ kmamar tas-sodod se titl' minn €500 għal €600 u l-Capping għal appartamenti mikrijin minn persuni vulnerabbli bi tliet kmamar tas-sodod se jiżdied minn €600 għal €700 fix-xahar. 

More in Politika