Il-Parlament jaġġorna kollox għal għada b'turija ta' rispett lejn Robert Arrigo

L-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia, sellem il-memorja ta' Arrigo

Għal-lum, il-Parlament jaġġorna kollox għal għada. Dan bħala turija ta' rispett lejn Robert Arrigo, wara li tħabbret il-mewt tiegħu kmieni dalgħodu. Waqt din is-seduta qasira, tkellem il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u fakkru l-memorja tal-Membru Parlamentari. 

Intant l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia, emozzjonat, sellem il-memorja "tal-ġentlom Robert Arrigo," filwaqt li fakkar xogħolu fis-soċjetà Maltija. 

Aqra aktar dwar dak li qal Robert Abela aktar kmieni illum: Hawnhekk.

More in Politika