Tinfetaħ il-mina li tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel

Il-Ministru Aaron Farrugia dan huwa proġett ieħor li se jkun qed iżid il-konnettività u anke jgħin biex jonqos it-traffiku filwaqt li tiżdied is-sigurtà fit-toroq tal-madwar

Infrastructure Malta fetħet il-mina l-ġdida tal-Imrieħel li issa qed tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction biswit l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

Il-mina ġiet inawgurata mill-Ministru għall-Infrastruttura Aaron Farrugia u l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ivan Falzon.

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru qal li dan huwa proġett ieħor li se jkun qed iżid il-konnettività u anke jgħin biex jonqos it-traffiku filwaqt li tiżdied is-sigurtà fit-toroq tal-madwar.

Il-mina hija twila 60 metru u tinkludi żewġ karreġġjati. Permezz ta’ din il-mina, it-traffiku minn Triq l-Imdina lejn il-Bypass tal-Imrieħel, se jkun qiegħed jiġi sseparat mill-bqija tat-traffiku.

Qal li fadal ftit xogħlijiet oħra fil-mina u se jkomplu x-xogħlijiet fuq il-kostrizzjoni ta’ roundabout ġdida fuq il-mina, fost oħrajn.

Insista wkoll li se jkunu qed jinżergħu xi siġar.

Fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tinfetaħ konnesjoni oħra diretta, li taqsam il-mina għad-direazzjoni opposta, jiġifieri minn Triq l-Imdina għal Ħ’Attard.

It-tir huwa li dan il-proġett ikun konkluż sal-aħħar tas-sena.

More in Politika