Aktar minn 1.7 miljun passiġġier jivjaġġaw bejn Għawdex u Malta fix-xhur tas-sajf

Il-Gozo Channel jibqa' l-aktar mezz popolari biex wieħed jaqsambejn il-gżejjer tant li 1,590,386 qasmu bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fl-istess perjodu

Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, total ta’ 1,788,244 ivjaġġaw bejn Għawdex u Malta b’Lulju jkun l-aktar xahar impenjattiv. 

Minkejja modi differenti kif wieħed jaqsam bejn il-gżejjer, il-Gozo Channel jibqa’ l-mezz l-aktar popolari. Fil-fatt, fit-tielet kwart tas-sena, kienu 1,590,386 li qasmu l-fliegu bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.

Dan ifisser żieda ta’ 13.4% meta wieħed iqabbel dan l-ammont ma’ dak irreġistrat fl-istess xhur tas-sena 2021.

L-akbar ammont ta’ passiġġieri jew aħjar 562,464, qasmu l-fliegu f’Awwissu. 

B’kollox, abbord il-Gozo Channel telgħu xejn inqas minn 571,125 vettura.

F’dan it-tielet kwart tas-sena, saru xejn inqas minn 9,138 vjaġġ, jiġifieri 6.9% aktar minn kemm saru vjaġġi fl-istess kwart tas-sena li għaddiet. 3,084 vjaġġ saru f’Awwissu.

Jekk wieħed iħares lejn is-sena kollha sa issa, jiġifieri minn Jannar sa Settembru, iċ-Ċirkewwa rat l-aktar traffiku l-Ġimgħa u s-Sibt filwaqt li t-terminal tal-Imġarr ra l-aktar nies fil-Ħdud u anke nhar ta’ Tnejn.

More in Politika