Żagħżugħ ta' 22 sena jaqa' u jmut waqt logħba futbol

Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda filgħaxija fil-grounds tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi f'Birkirkara

Żagħżugħ ta' 22 sena waqa' u miet waqt li kien qed jilgħab logħba futbol ma' sħabu fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi f'Birkirkara.

Il-każ seħħ nhar it-Tnejn filgħaxija.

Skont it-Times of Malta, jidher li ż-żagħżugħ sofra minn attakk f'qalbu.

Tabib u anke first aider li kienu fil-viċin ipprovaw jagħmlu s-CPR liż-żagħżugħ bil-għan li jerġa' jibda jieħu n-nifs iżda kien kollox għalxejn.

Ftit wara, kif irrapportat l-istess gazzetta, waslet l-ambulanza, bit-tobba tal-emerġenza jużaw id-defibrillator li tinsab fl-iskola stess. Madanakollu anke dan it-tentattiv kien għalxejn.

More in Politika