L-Università ta' Malta qed tilqa' fiha 4,300 student ġdid

B'kollox fl-Università hemm jistudjaw 11,800 student li qed isegwu 947 kors differenti

L-Università ta’ Malta fetħet mill-ġdid il-bibien tagħha għal sena akkademika oħra u din is-sena qed tilqa’ fi ħdanha 4,300 student ġdid.

Apparti minn hekk, fl-Università ta’ Malta se jkunu qed jistudjaw aktar minn 700 student li qed jieħdu sehem fil-programm Erasmus.

L-Università ta’ Malta qed tilqa’ wkoll xejn inqas minn 1,460 student minn 1234 pajjiż differenti.

B’kollox, fl-Università, se jkunu qed jistudjaw ‘il fuq minn 11,800 student li se jkunu qed isegwu 947 kors.

60% tal-istudenti universitarji huma nisa filwaqt li 40% mhux irġiel.

Apparti minn hekk, 1,106 student bdew ukoll is-sena akkademika tagħhom fil-Junior College li din is-sena qed tilqa’ fiha 1,909 studenti.

More in Politika