Repubblika tippreżenta l-mandati tal-arresti kontra uffiċjali tal-Bank Pilatus

Dawn il-mandati baqgħu pendenti minn meta kienu ffirmati mill-Maġistrat Ian Farrugia, tliet xhur wara li kien iffinalizza l-inkjesta li swiet €7.5 miljun

L-għaqda Repubblika ippreżentat fil-Qorti kopji awtentiċi tal-mandati ta' arresti kontra uffiċjali għolja tal-Bank Pilatus, liema mandati kienu ffirmati fl-24 ta' Frar 2021 imma li fuqhom ma ttieħdet ebda azzjoni. 

Dawn il-mandati baqgħu pendenti minn meta kienu ffirmati mill-Maġistrat Ian Farrugia, tliet xhur wara li kien iffinalizza l-inkjesta li swiet €7.5 miljun u li trattat dan il-Bank, li spiċċa f'waħda mill-akbar kontroversji politiċi tal-aħħar snin: Dik ta' Egrant.  

Il-mandati huma kontra sid il-Bank, Ali Sadr Hasheminejad, li huwa mifhum li qed jgħix fl-Istati Unit wara li kien arrestat iżda mbagħad meħlus mill-akkużi kontrih, Luis Rivera il-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Bank - li issa jinsab f'Texas, Mehmet Tasli, id-Direttur Hamidreza Ghambari u Chief Risk Officer Antoniella Gauci. 

Il-pulizija kienu bdew azzjoni biss fuq il-Bank Pilatus bħala entità u kont

ra Claude Anna Sant Fournier, l-eks uffiċjal legali. Fiż-żewġ każi l-akkużi kienu dwar ħasil ta' flus.

Wara li l-President ta' Repubblika ppreżenta l-mandati, l-avukat Fiorella Fenech Vella staqsiet dawn kif ġew taħt idejh, meta huma dokumenti uffiċjali u staqsiet jekk Aquilina jikkunsidrax lilu nnifsu bħala ġurnalist. Aquilina insista li hu mhux se jikxef minn fejn kiseb dawn id-dokumenti u fakkar li huwa nutar, għalkemm ġieli jikteb artikli ta' opinjoni. 

Quddiem il-Qorti - wara s-seduta - Aquilina qal li d-dokumenti kienu għandu fl-aħħar sigħat, filwaqt li poġġa l-mandati ħdejn it-tifkira ta' Daphne Caruana Galizia f'ħoġor il-monument tal-Assedju l-Kbir. 

Aqra wkoll: Il-PN jisħaq li l-Avukat Ġenerali qed tfixkel xogħol il-Qorti u jtenni li għandha tirriżejna

More in Politika