Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, għan-nom tal-Gvern, qiegħed kuruna tal-fjuri f’riġlejn il-monument ta’ Tmiem il-Gwerra Bierda f’Birżebbuġa.
Dan il-ġest seħħ illum fil-jum tal-funeral tal-eks mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev.
Fi stqarrija, il-Gvern iddeskriva lil Gorbachev bħala "bniedem onorevoli li ssagrifika l-karriera tiegħu għall-paċi mondjali, u mexxej b’viżjoni li dejjem ħadem favur il-paċi madwar id-dinja."
Fl-1989, Mikhail Gorbachev u l-Preisdent tal-Istati Uniti George H. W. Bush iltaqgħu f’Malta għall-Malta Summit, pass importanti għat-tmiem tal-Gwerra Bierda.
Dwar dan is-summit u l-importanza tiegħu, se jkun ippubblikat artiklu għada fuq il-gazzetta ILLUM