'Għalissa nieħu paċenzja... imma l-paċenzja mhux se tkun għal dejjem' - Cuschieri

Manuel Cushcieri jerġa' jesprimi dispjaċir li għalih il-bibien tar-radju tal-Partit Laburista huma 'magħluqin' 

Manuel Cuschieri - preżentatur popolari fuq l-istazzjon radjufoniku tal-Partit Laburista u uffiċjal tal-istess partit għal snin - reġa' għamel id-dispjċir tiegħu ċar fuq il-midja soċjali hekk kif baqa' ma kienx infurmat dwar għaliex ma tħalliex ikompli jippreżenta l-programm tiegħu fuq dan l-istazzjon. F'kumment li ħalla llum Cuschieri, li jmexxi wkoll il-unit tal-Customer Care tal-Partit Laburista qal li għalissa se jieħu paċenzja u jibqa' jxandar mill-karozza iżda kompla jgħid li l-paċenzja mhux se tkun għal dejjem. Minkejja dan huwa ma elaborax. 

F'messaġġ li ħalla fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook huwa qal li l-bieb tal-istazzjon ONE għadu magħluq għalih, kumment li ġab reazzjoni minn bosta attivisti Laburisti fosthom l-eks Sindku Bormliż Joseph Scerri li fakkar illi l-istazzjonijiet tal-partit infetħu grazzi għad-donazzjonijiet li taw l-attivisti u staqsa fejn huwa r-rispett lejn dawn. 

Jason Micallef, li jmexxi l-ONE Productions, f'messaġġ fuq il-0Facebook ukoll kien qal illi hu fl-ebda ħin ma kien infurmat minn din id-deċiżjoni li indika illi ttieħdet mill-partit u mhux minnu. Cushcieri sadanittant qed ixandar il-programm tiegħu mill-karozza fuq il-Facebook. 

Sa issa dan l-episodju kien milqugħ minn silenzju assolut mit-tmexxija tal-Partit Laburista. 

More in Politika