Azzopardi jtella' lil Manuel Delia l-Qorti wara li dan ippubblika l-iskript ta' 'Ix-Xiħa'

Il-produzzjoni 'ix-Xiħa' - ta' Mario Philip Azzopardi - kienet ikkanċellata mit-Teatru Manoel wara kritika illi karattru fiha kien 'miżrappreżentazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia'

Il-Qorti nhar it-Tnejn se tkun qed tisma' każ miftuħ minn Mario Philip Azzopardi kontra l-Blogger Manuel Delia, wara li dan ippubblika l-iskript tal-produzzjoni ix-Xiħa, li kienet ikkanċellata minn Teatru Manoel wara kritika illi din kienet "miżrappreżentazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia." 

Fil-blog li kien tella' Delia huwa jiddeskrivi l-produzzjoni ta' Azzopardi bħala stupida, superfiċjali, miktuba ħażin u mimlija mibgħeda, preġudizzju u vjolenza vixxerali. 

Il-produzzjoni turi matrijarka mejta li qed titkellem mal-udjenza u li qed tippjana tpattija fuq l-erba' uliedha billi tneħħihom mill-wirt. Delia kien qal li waħda minn dawn it-tfal hija bl-aktar mod ċar imnebbħa minn Daphne Caruana Galizia, "jew dak li jimmaġinaw li kienet l-udjenza tas-Super One." Huwa kompla jgħid illi din it-tifla kienet mimlija mibgħeda, mhux kapaċi tħoss, klassista u mimlija sens ta' tpattija. F'mument minnhom Jenny - it-tifla li jingħad illi hija mnebbħa minn Caruana Galizia tgħid: “Jalla it-tfal tagħkom imutu kollha kemm huma bil-kanċer. Kull fejn tħares, ħallelin biss. Is-sitwazzjoni hija ddisprata," kliem użat minn Caruana Galizia - bl-aħħar parti tkun fil-fatt l-aħħar sentenza li qatt kitbet. Jenny tinqatel bi splużjoni f'din il-produzzjoni, eżatt bħall-ġurnalista li nqatlet f'karozza bomba fl-2017.

Azzopardi ammetta li din il-produzzjoni tagħmel referenza għal Caruana Galizia u li din ma għoġbitx lil xi nies, li jgħid illi għamlu minn kollox biex iwaqqfu il-produzzjoni.

More in Politika