Il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Trustin Farrugia Cann irriżenja mill-kariga xahar biss wara li ġie appuntat.
Fuq Facebook huwa qal li fl-aħħar ġimgħat irrelizza li hu diffiċli ħafna, "kważi impossibbli" li jibbilanċja bejn l-impenji ta’ din il-kariga u dik ta’ referee internazzjonali tal-FIFA.
"Għalkemm ħsibt li dan il-bilanċ seta’ jkun possibbli, kif irnexxili nagħmel fil-passat, fhimt li l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv f’din l-entità jitlob impenn li mhux kompatibbli ma’ rwol ieħor impenjattiv u li jirrikjedi wkoll ammont ta’ safar," insista Farrugia Cann.
Stqarr li ma xtaqxjitfa’ fil-ġenb il-karriera tal-futbol li fi kliemu bena wara ħafna sagriffiċji.