Iċ-Chairperson tal-Wasteserve u Pro-Rettur tal-Univeristà Frank Bezzina appuntat Aġent President

Huwa jieħu post il-President tar-Repubblika George Vella meta dan ikun indispost jew imsiefer

Frank Bezzina
Frank Bezzina

Frank Bezzina - Chairperson tal-Wasteserv u Pro-Rettur tal-Università ta' Malta inħatar bħala Aġent President ta' Malta minflok l-eks Ministru Dolores Cristina, li sefviet f'din il-kariga fl-aħħar xhur. Huwa awtur ta’ diversi studji akkademiċi. Huwa wkoll visiting professor f’għadd ta’ universitajiet barra minn Malta. 

Huwa kien ukoll Dekan fil-Fakultà tal-Ekonomija, Maniġment u Accountancy filwaqt li kien ukoll Direttur fil-Bam Ċentrali. 

Huwa jieħu post il-President tar-Repubblika George Vella meta dan ikun indispost jew imsiefer. 

More in Politika