L-1,500 kunsillier tal-PN ikomplu jivvutaw dwar il-futur ta' Bernard Grech

Il-proċess tal-għadd tal-voti jibda eżattament għada wara li tagħlaq il-votazzjoni u r-riżultat mistenni joħroġ għall-ħabta tas-7pm

Illum tkompli l-votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wara l-votazzjoni bikrija li seħħet aktar kmieni din il-ġimgħa.,

L-1,500 Kunsillier tal-Kunsill Ġenerali qed jintalbu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Bernard Grech biex ikompli jmexxi l-Partit Nazzjonalista.

Il-Kunsillieri se jkunu jistgħu jivvotaw illum bejn il-5pm u d-9pm fid-Dar Ċentrali u bejn il-5pm u t-9pm fis-Sub-Headquarters f’Ta’ Sannat. Il-votazzjoni mbagħad tkompli s-Sibt bejn it-8am u l-5pm f’Malta u bejn it-8am u t-3pm f’Għawdex.

Il-proċess tal-għadd tal-voti jibda eżattament wara li tagħlaq il-votazzjoni u r-riżultat mistenni joħroġ għall-ħabta tas-7pm.

Grech kien l-uniku kandidat li wera interess li jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap li trid issir bilfors, skont l-istatut, ġaladarba l-PN tilef l-elezzjoni.

Peress li Grech se jikkontesta waħdu, dejjem skont l-istatut, il-vot ma jmurx quddiem it-tesserati imma jittieħed vot sigriet fil-Kunsill Ġenerali.

Bernard Grech insista li jinsab determinat li "bl-appoġġ b’saħħtu tal-kunsillieri" jkompli jieħu "d-deċiżjonijiet meħtieġa" biex jissaħħaħ il-Partit u jerġa' jsir rebbieħ.

More in Politika