Pagi ogħla għall-ħaddiema tat-Teatru Manoel permezz ta' ftehim kollettiv ġdid mal-GWU

L-għan tal-ftehim mal-General Workers Union huwa li l-ħaddiema jkomplu jikbru fil-karriera tagħhom

It-Teatru Manoel u General Workers Union (GWU) għadhom kif iffirmaw ftehim kollettiv ġdid li permezz tiegħu l-ħaddiema tat-Teatru Nazzjonali se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar. Dan jinkludi żieda fil-pagi, kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-familja u varjeta ta' strutturi ġodda għas-salarji tal-ħaddiema bil-għan li jkompli jikbru fil-karriera tagħhom. 

"Il-benesseri u d-drittijiet tal-impjegati tagħna huma ta’ prijorità għalina u għalhekk konna ħerqana li naslu għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim," qal il-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel Massimo Zammit

Huwa żied jgħid li jħossu kburi li ntlaħaq dan il-fehim għaliex jemmen bi sħiħ fuq kundizzjonijiet tajbin fuq il-post tax-xogħol u  "wara kollox l-akbar assi li ssib f'kull xogħol huma l-ħaddiema." 

Intant huwa rringrazzja lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Govern Lokali  Owen Bonnici u lis-Segretarju Permanenti Joyce Dimech hekk kif kienu parti mill-kollaborazzjoni biex dan il-ftehim kollettiv isir. 

More in Politika