Cassola jipprotesta u mhux se jitlaq mis-sala tal-għadd tal-voti

Cassola qed jipprotesta għax ma ngħatax aċċess għal post fejn jiġu eżaminati l-voti dubjużi u mhux se jitlaq qabel jingħata dan l-aċċess

Il-kandidat indipendenti, Arnold Cassola qed jagħmel protesta fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u mhux se jiċċaqlaq minn hemm qabel jingħata aċċess għal post fejn jiġu eżaminati l-voti dubjużi.

Fi stqarrija, Cassola saħaq li l-Kummissjoni Elettorali mhux tagħtih aċċess għal din iż-żona u għalhekk se jkun qiegħed jagħmel sit-in protest.

Saħaq li l-kummissjoni se tkun qed teżamina t-talba tiegħu u sadanittant mhux se jiċċaqlaq miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti.

Cassola huwa kandidat fuq l-għaxar u l-ħdax-il distrett.

More in Politika