Il-qgħad jieħu daqqa 'l isfel u dawk jirreġistraw jonqsu b'1,598 f'sena

L-aktar impjieg li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw huwa xogħol klerikali...

F'Diċembru n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 1,167 u allura dan naqas b'1,598 meta kkumparat mal-istess xahar is-sena ta' qabel. Dan jirriżulta minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru illi kien hemm tnaqqis ta' 1,509 persuni li kienu qed jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru u 89 persuna li qed jirreġistraw fit-Tieni Parti tar-Reġistru, 

In-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol żdiedu b'persuna waħda biss meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2020 u laħħaq it-total ta' 255. 73.7% tal-persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw kienu rġiel. 

19.5% tal-irġiel li qed jirreġistraw qed ifittxu xogħol klerikali, filwaqt li 38.5% tan-nisa qed ifitxxu l-istess tip ta' impjieg. Warajhom b'17.9% huma t-tekniċi u associate professors.

More in Politika